In tune - Within our common home tikkonsisti f’seba’ eżerċizzji matul seba’ t’ijiem fix-xahar t’Awwissu 2020, għal tfal tal-età bejn it-tmienja u l-ħdax il-sena. (Years 4, 5, 6 u 7). Dawn l-eżerċizzji jistiednu l-parteċipanti biex jieħdu gost jirrifflettu u jitolbu b’mod kreattiv dwar diversi realtajiet relatati mal-ħolqien. Fosthom, il-ġmiel tal-ħolqien fid-diversità tiegħu, il-ħsara ambjentali u l-bżonnijiet varji ta’ popli differenti madwar id-dinja. B’dan il-mod kreattiv u adattat skont l-etajiet varji, il-parteċipanti flimkien mal-għajnuna tal-playworkers ser jikbru fl-għarfien u l-apprezzament lejn il-ħajja ta’ kull persuna umana u lejn il-ħolqien kollu li l-pjaneta tagħna tospità.

Rizorsi

Ghall-playworkers

Għajnuna varja ser tkun ipprovduta sabiex il-playworkers jkunu jistgħu jgħinu lill-parteċipanti f’dan il-proċess edukattiv. Il-materjal ser ikun jikkonsisti minn 7 lezzjonijiet/sessjonijet ppjanati, relatati ma’ kull tema msemmija aktar ‘l isfel f’dan id-dokument taħt il-kappa tat-tema ekoloġika prinċipali ‘In Tune-Within Our Common Home. F’kull wieħed minn dawn il-pjani gwida, wieħed għandu jsib l-passi differenti u sempliċi ta’ kif titmexxa kull sessjoni, vidjow link qasir abbinat mat-tema rispettiva u riżorsi oħra li jistgħu jgħinu fil-proċess ta’ din l-esperjenza edukattiva ta’ natura spiritwali. Kull sessjoni tieħu bejn 30 u 40 minuta.

Ghat-tfal

Dawn is-seba’ eżerċizzji b’temi differenti ser ikunu ppreżentati lit-tfal f’forma ta’ booklet kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. It-tfal huma liberi jagħżlu huma b’liema lingwa jsegwu l-booklet. Fil-booklet wieħed għandu jsib, l-istruzzjonijiet magħmulha minn sentenzi sempliċi qafas (templates) tal-materjal li jridu jpinġu, jaqtgħu jew jirrifflettu fuqu. Dan il-booklet ser jintbgħat lill-coordinators/playworkers bħala pdf biex ikun jistgħu jipprintjawh u jqassmuh lil kull tifel u tifla li tkun ser tagħmel dawn l-eżerċizzji kreattivi fil-klassi.

Sapport onlajn

Bħala tim tal-SDS, ser inkunu disposti bħala sapport onlajn biex noffru l-għajnuna tagħna lill-playworkers. Għalhekk meta tirreġistraw, tingħatalkom link biex f’każ li l-playworkers tiġihom xi mistoqsija jew ikunu jridu jiċċaraw xi punti waqt li jkunu għadhom fl-istadju ta’ preparamenti għal dawn is-sessjonijiet, ikunu jistgħu jitkellmu magħna u ngħinuhom.

Il-ġranet meta jistgħu jagħmlu dan huma nhar l-Erbgħa 12 t’Awwissu, il-Ħamis 13 t’Awwissu u l-Ġimgħa 14 t’Awwissu bejn it-8.00am u 11.30am.

Ser inkunu ukoll disposti bħala sapport onlajn għall-playworkers matul il-granet u l-ħinijet tas-sesssjonijiet waqt li jkunu qed jagħmluhom mat-tfal fil-ġranet indikati hawn taħt biex f’każ li jiltaqgħu ma’ xi diffikultà jkunu jistgħu jikkomunikaw magħna permezz tal-link mibgħutha lilhom.

Dati, hinijiet u temi relatati

  1. It-Tnejn, 17 t’Awwissu mit-8.00am sal 11.30am - Napprezzaw in-Natura/Appreciating Nature
  2. It-Tlieta, 18 t’Awwissu mit-8.00am sal 11.30am - Bnadar ta’ Talb/Flags Prayers
  3. L-Erbgħa, 19 t’Awwissu mit-8.00am sal 11.30am - Id-Dar Komuni Tagħna/Our Common Home
  4. Il-Ħamis, 20 t’Awwissu mit-8.00am sal 11.30am - Platt Vojt/Empty Plate
  5. Il-Ġimgħa, 21 t’Awwissu mit-8.00am sal 11.30am - Oħtna x-Xemx/Sister Sun
  6. It-Tnejn, 24 t’Awwissu mit-8.00am sal 11.30am - Ħuna l-Qamar/Brother Moon
  7. It-Tlieta, 25 t’Awwissu mit-8.00am sal 11.30am - Ħuna r-Riħ/Brother Wind

Kuntatt

Jekk ikun hemm xi mistoqsijiet wieħed jista’ jibgħat

Instructions for the coordinators and play workers of Skola Sajf Centres