Weekly Assembly

It-Tieni Term - Il-Ħames Ġimgħa

1 - 7 Frar 2021

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista' tibda l-assembly bir-radd tas-salib: "Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen."


Introduzzjoni

Qatt ġralek li toħlom dwar xi ħaġa u din isseħħ verament? Dalgħodu ser insiru nafu kif permezz ta’ ħolma, tifel żgħir jismu John sar Din il-ġimgħa ser niċċelebrawil-festa ta’ Sant Agata. Sant Agata hija qaddisa minn Sqallija li mietet marti fl-eta’ ta’ 20 sena. Jingħad li Sant Agata u sħaba ħarbu minn Sqallija u sabu refuġju Malta. Għalhekk nsibu l-katakombi ta’ Sant Agata fir-Rabat. Jgħidu ukoll li permezz tal-interċezjoni tagħha ġejna salvati minn attakk tal-furbani, u għalhekk ġiet iddikjarata patruna ta’ Malta. Ejja naraw dal-filmat flimkien.ta’ veru!

Malta History and Beauty

Saqsi lill-istudenti x’ħassew huma u jaraw dal-filmat. Saqsihom x’ jaħsbu li jgħaqqad ill-filmat u Sant Agata.

Ħsieb Riflessiv

Sant Agata bħala l-patruna ta’ Malta tfakkarna biex naprezzaw lil pajjiżna. Dan il-filmat wera s-sbuħija tal-gżira u l-istorja tagħha. Ejja nkunu kburin bil-kultura tagħna u l-identita tagħna, nirrispettaw artna - in-natura, u n-nies.

Talba

Għażiż Alla, bl-interċessjoni ta’ Sant Agata, nirringrazjawk għall-pajjiżna, għall-istorja tagħna, u s-sbuħija li għandna xi ngawdu. Nitolbuk tgħina niftħu għajnejna għall-isbuħija tal-kultura u l-identita tagħna. Ammen

Niżżel dan il-pjan bħala PDF