Weekly Assembly

It-Tieni Ġimgħa

2 - 6 Novembru 2020

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jixtieq l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista' tibda l-assembly bir-radd tas-salib: "Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen"


Introduzzjoni

Kif kollha tafu sew din il-ġimgħa kellna l-vaganzi tal-midterm. Matul dawn il-vaganzi iċċelebrajna l-festi tal-qaddisin u tal-mejtin kollha. Ejja naraw flimkien dan il-video qasir li jitkellem fuq waħda minn dawn il-festi.

All Saints Day for Kids

Agħmel stedina lit-tfal biex jieqfu għal ftit sekondi biex jaħsbu jekk humiex juru rispett lejn l-oħrajn jew le.

Ħsieb Riflessiv

Is-soltu matul ix-xahar ta’ Novembru naħsbu u nitlob għal dawk li m’għadhomx ħajjin. Fit-2 ta’ Novembru niċċelebraw il-festa tal-erwieħ kollha. Izda, matul l-vaganzi tal-mid-term iċċelebrajna festa oħra, dik tal-qaddisin kollha. Iċċelebrajna dil-festa fl-1 ta’ Novembru. Dis-sena matul ix-xahar ta’ Novembru ser nuru gratitudni għall-qaddisin kollha. Il-qaddisin jistgħu jkunu l-membri tal-familja jew ħbieb li m'għandhomx ħajjin u issa qegħdin ħdejn Alla għax urew rispett u mħabba lejn:

a. Alla,

b. oħrajn,

ċ. u lejn il-ħolqien kollu.

Issa huwa iċ-ċans tagħna li nuruhom rispett lura billi nirringrazzjaw lil Alla li tana lilhom fil-ħajja tagħna u billi nimxu fuq l-eżempju tagħhom.


Talba

Għażiż Alla, nirringrazjawk għal din il-ġurnata. Nitolbuk tagħti l-mistrieħ ta’ dejjem lill-erwieħ kollha. Nirringrazjawk għal dawn in-nies qaddisa li ltqajna magħhom matul ħajjitna. Nirringrazjawk għall-qaddisin li urewna kif nħobbu u nirrispettaw Lilek, lil xulxin u lill-ħolqien kollu. Nitolbuk li nsiru qaddin bħalhom billi nimxu fuq l-eżempji tagħhom f’ kulma ma naħsbu, ngħidu u nagħmlu.

Niżżel dan il-pjan bħala PDF

Rispett Lejn il-Hajja tal-Qaddisin.pdf