Attività għar-Randan

Niċċelebraw bis-Sens: Magħqudin Ilkoll fl-Imħabba

Għan: Ir-Randan huwa żmien li fih niftakru l-imħabba t’Alla għalina u nwassluha lill-oħrajn.

X'ser nitgħallmu:

  • Inħobbu iktar lil xulxin

  • Insiru ħbieb

Ħin: 30 - 45 minuta

Riżorsi:

  • Stampa kbira ta’ ġiraff u qalb iħares ‘il fuq u mdawwar b’annimali oħra biex tintuża’ waqt l-istorja.

  • Lapsijiet, kuluri, biros.

  • Flashcards ta’ giraff u xadina u s-Samaritan it-tajjeb biex inqabbluhom.

Introduzzjoni - 3 minuti

Wara li jilqa’ lit-tfal li ser ikunu qed jipparteċipaw f’din l-attività, l-animatur (edukatur jew ir-religious counsellor) jara li kulħadd sab postu, iħalli ftit minuti fis-skiet biex kulħadd ikun jista’ jinġabar u jara li għandu l-attenzjoni tat-tfal.


Biex nibdew din is-session nistgħu nużaw din id-diska bħala introduzzjoni:

L-Ewwel Pass: Circle Time - 10 minuti

Nifhmu l-kwalitajiet sbieħ tal-ġiraff. Niddiskutu u naraw flimkien x’jgħallimna l-ġiraff- għaliex huwa animal ġentili, l-animali l-oħra jfittxuh u għaliex għandu qalbu kbira.


L-animatur itella’ stampa ta’ ġiraff imdawwar b’annimali oħra fuq l-interactive board (skond l-età) jew jitqassmu stampi lit-tfal b’mod individwali, laminated.

  • X’inti tara fl-istampa? (it-tfal jagħtu l-opinjoni tagħhom)

  • L-animatur jifforma web b’dak kollu li jesprimu t-tfal.

  • Imbagħad l-animatur jirrakuntaw dan il-fatt:

        • Il-ġiraff huwa annimal speċjali ħafna.

        • Għandu għonqu twil ħafna, u rasu dejjem qegħda metri ‘l fuq fl-arja.

        • Dan l-għoli jagħti diffikultà lill-ġiraff biex jippompja d-demm.

        • U minħabba f’hekk il-ġiraff għandu qalbu kbira tiżen ħafna kili u tħabbat b’mod qawwi ħafna biex tmexxi d-demm.

        • L-għoli tal-ġiraff li jinkiseb f’miljuni ta’ snin ta’ evoluzzjoni biex il-ġiraff jasal li jilħaq il-weraq tas-siġar, jippermetti li l-ġiraff ikollu viżjoni iktar wiesa’ għax iħares mill-għoli.

        • U meta l-ġiraff jimxi, ħafna tipi t’annimali oħra iduru madwaru, għax jafdaw f’dak li jkun qed jara.

        • L-annimali l-oħra jibqgħu viċin il-ġiraff, għax jafu li l-ġiraff la hu ta’ periklu u lanqas m’ hu għadu.

        • Il-ġiraff huwa animal ġentili.

It-Tieni Pass: Storja- 4 minuti

L-animatur isaqsi lill-istudenti:

  • Ġie li smajt bil-parabbola tas-Sammaritan it-Tajjeb?

  • Jekk ikun hemm min jafha, jirrakuntaw huma l-istorja lit-tfal l-oħra (żewġt jew tlett itfal)

Rakkont tal-Parabbola tas-Sammaritan it-Tajjeb

It-Tielet Pass: Hands-On - 15 minuti

L-animatur jista’ jagħżel minn dawn l-attivitajiet.



  • Attività Bibblika - Il-Ħanin Samaritan: agħfas hawn


  • Agħtiha l-Kulur:


Vokabularju fil-Parabbola:

  • 1. Ir-raġel Lhudi

  • 2. Is-Samaritan it-Tajjeb

  • 3. Is-Saċerdot

  • 4. Il-Levita

  • 5. Sid il-Lukanda

  • 6. Il-Ħallelin

  • 7. Il-Mediċina

  • 8. Il-Ħmar

  • 9. Is-Swat

  • 10. Il-Mantell

  • 1. Il-Lukanda

  • 2. Il-flus

  • 3. Is-Sammaritan it-Tajjeb

  • 4. Il-Levita

  • 5. Is-Saċerdot

  • 6. Ir-raġel midrub

Ir-Rabà Pass: Inqabblu l-Ġiraff mas-Sammaritan it-Tajjeb - 5 minuti

Wara li qrajna l-istorja ta’ ‘Ginger the Giraffe’ u smajna wkoll r-rakkont tal-Parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb, issa nqabblu l-Ġiraff u s-Samaritan it-Tajjeb. X’għandhom simili?

i. Il-Ġiraff: Is-Sammaritan it-Tajjeb

ii. Mickey ix-xadin u l-annimali l-oħra, ir-raġel il-midrub u dawk li għandhom bżonn l-għajnuna.


Il-Ħames Pass: Logħba: Continuum - 8 minuti

(Jekk ikun hemm biżżejjed ħin, it-tfal jistgħu jilgħabu din il-logħba ħelwa flimkien.)

Din il-logħba tgħin ukoll lil dak it-tifel li jistħi u joqgħod lura biex jintegra mal-oħrajn. Ġo kaxxa żgħira ikteb tip ta’ temi fuq karti żgħar u għażel minnhom, jew ikteb lista’ imagħad immarka liema tkun għamilt. Aqsam it-tfal fi gruppi ta’ sitta jew għaxra. Għażel tema, din tista’ tkun il-kulur favorit, ix-xahar ta’ għeluq snini, il-qies taż-żarbun, fejn noqgħod (mit-tramuntana għan-nofsinhar u viċi-versa), il-kuluri tal-qawsalla. It-tfal jridu jiffurmaw ringiela hdejn xulxin (b’distanza), skond it-tema mix-xellug għal-lemin. Jista’ jkun hemm żewġ timijiet f’daqqa jilgħabu u minn ilesti l-ewwel ikun ir-rebbieħ. Moral tal-logħba: Nirbħu biss jekk flimkien.


Għeluq: Action Song - 3 minuti

It-tfal iqumu bilwieqfa u jkantaw flimkien din il-kanzunetta.