Prayer Spaces - Christmas

Sezzjoni tal-Istudenti

Introduzzjoni

Din mhux sempliċiment attivita’ tal-krafts jew lezzjoni dwar xi topik bħall- lezzjonijiet l-oħra. Dan huwa mument fejn tesprimi x’ għandek ġewwa fik, permezz ta’ tpinġijiet, kitbiet u krafts. Meta wieħed qed jarma, jmexxi u jgħix dawn il-prayer spaces wieħed jrid jfakkar lilu innifsu li l-għann ewlieni huwa li nħeġġu ħsibijiet riflessivi u nqajmu konversazzjoni bejn aħna l-bnedmin u l-ħallieq tagħna – Alla. Dawn il-prayer spaces ġew pjanati biex jsostnu t-tema ta’ din is-sena – ir-rispett.

Sezzjoni għal min qed jmexxi

Introduzzjoni

Din hija stedina oħra biex niċċelebraw bis-sens dawn iż-żminijet tal-Milied mal-istudenti li qed nieħdu ħsieb. Is-servizz tiegħek lejn l-iskola huwa ta’ valur kbir. Valur imprezzabli li jibqa’ jservi, għax prayer space m’hiex sempliċiment attivita’ għall-Milied jew l-Għid imma għall-ħajja, għalhekk grati ħafna lejk li qed tgħina f’ din il-mixja spiritwali u pastorli ġewwa l-iskola.