Weekly Assembly

It-Tmien Ġimgħa

14 - 18 Diċembru 2020

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista' tibda l-assembly bir-radd tas-salib: "Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen."


Introduzzjoni

Illum ser nibdew il-ġurnata tagħna billi nsiru nafu x’ġaralu darba waħda tifel jismu Nicholas matul dawn il-ġranet tal-Milied. Ser naraw kif iltaqa’ ma’ Suor Klara u ser naraw x’tgħallem mingħandha dwar l-imħabba.

"I Can Love" – Veggie Tales Song and Clip

Ħsieb Riflessiv

L-imħabba hija rigal mingħand Alla li aħna naqsmu ma’ xulxin permezz tal-affarijiet tajba li aħna nagħmlu. Aħna forsi ma aħniex qed nagħtu l-ikel lill-foqra kif kienet qed tagħmel Suor Klara imma aħna nistgħu nagħtu tbissima lil xulxin, nuru ħlewwa ma’ xulxin, nisimgħu u nuru rispett lejn l-oħrajn. Alla jrid jagħti r-rigal tal-imħabba tiegħu dan il-Milied u dejjem. Hekk aħna wkoll nistgħu ngħidu: Nista’ nħobb għax Alla jħobbni u nista’ nagħti għax Alla tani.

(Skont l-udjenza tiegħek tista’ tispeċifika li Alla tana l-Imħabba tiegħu meta bagħat lil Ġesù fostna biex jgħallimna bil-kliem u bl-eżempju u biex isalvana).


Talba

Għażiż Alla, grazzi tal-imħabba kbira li għandek għalina u għad-dinja kollha. Agħtina l-kuraġġ sabiex matul dan il-Milied u dejjem inħobbu lil ħaddieħor għax int kont li ħabbejtna l-ewwel. Ammen.


Konkużjoni

Ser nispiċċaw l-assembly tagħna dalgħodu bl-istess kliem li bih Santa Klara sellmet lil Nicholas. Ser ngħidilkom: Alla jħobbokom. Morru fil-paċi.

Niżżel dan il-pjan bħala PDF

Twieled f' Maxtura.pdf