Weekly Assembly

Is-Seba' Ġimgħa

7 - 11 Diċembru 2020

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista' tibda l-assembly bir-radd tas-salib: "Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen."


Introduzzjoni

Dalgħodu se nfakkarkom dwar l-ittra li ħafna minnkom tiktbu lil San Nikola jew kif jafuh ħafna minnkom - Missier il-Milied jew Father Christmas. F’dan iż-żmien tas-sena nibdew naħsbu dwar ir-rigali. F’dan il-ħin li ġej ser naraw film qasir dwar rigal partikolari ħafna.

The Present - Official

Ħsieb Riflessiv

Kemm nieħdu gost meta nagħtu rigal lil xi ħadd u narawh jieħu gost u jifraħ bih!!! Li ngħidu ‘grazzi’ sinċiera u mill-qalb meta nirċievu rigal huwa mod wieħed kif nuru rispett lejn il-persuna li tkun qed tagħtina r-rigal. Sabiħ li nuru rispett għaliex din il-persuna tkun użat il-ħin u l-enerġija tagħha biex tagħtina dak ir-rigal. Meta nirċievu rigal bil-qalb, nieħdu ħsiebu u nużawh bl-aħjar mod nkunu qed nuru rispett u grazzi kbira mhux bil-kliem biss iżda wkoll bl-azzjonijiet tagħna ukoll. Alla qiegħed jagħtina rigal il-ħin kollu. Dan ir-rigal huwa ħajjitna, in-nifs li nieħdu l-ħin kollu. Nuru li verament napprezzaw dan ir-rigal meta:

a) nirrispettaw il-ħajja tagħna,

b) nieħdu ħsieb il-ħajja tagħna u tal-oħrajn u

c) nieħdu ħsieb u nipproteġu l-ħajja tal-ħolqien kollu u

d) billi nersqu aktar qrib tiegħu speċjalment f’dan iż-żmien tal-Avvent.


Talba

O Alla, grazzi ta’ dak kollu li tagħtina. Grazzi tar-rigal tal-ħajja tagħna. Grazzi li ħlaqtna speċjali u uniċi. Int veru Alla kbir. Nitolbuk tgħinna biex dejjem u kullimkien nirrispettaw u nieħdu ħsieb il-ħajja tagħna, tal-oħrajn u tal-ħlejjaq kollha. Ammen

Niżżel dan il-pjan bħala PDF

Nikbru fir-Rispett li Nuru Lejn l-Istorja Tagħna, Lejn il-Ġenerazzjonijiet ta’ Qabilna u l-Għeruq Tagħna.pdf

Prayer Corner