Weekly Assembly

Il-Ħames Ġimgħa

23 - 27 Novembru 2020

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista' tibda l-assembly bir-radd tas-salib: "Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen."


Introduzzjoni

Dalgħodu ser infakkarkom f’xi ħaġa li ħafna minnkom ser jieħdu gost jisimgħu. Daqt jasal il-Milied!!! Ejjew naraw flimkien dan il-vidjo klipp li jurina xi jfisser dan iż-żmien għal dawn it-tfal.

Advent for Kids

Stieden lit-tfal biex jieqfu għal ftit sekondi biex jaħsbu dwar dak li għadhom kif raw.

Ħsieb Riflessiv

Il-Milied hija festa kbira. Is-soltu aħna nibdew nippreparaw minn ħafna qabel għal ġranet u okkażjonijiet speċjali. B’rispett lejn dawk li jkunu qed jiċċelebraw magħna naħsbu biex ma jkun jonqos xejn. Nippreparaw ħwejjeġ sbieħ u ikel tajjeb biex naqsmu ma’ min jkun qed jiċċelebra magħna. Iż-żmien ta’ preparazzjoni huwa importanti ħafna sabiex nkunu nistgħu niċċelebraw il-Milied bl-aħjar mod possibbli. Dan iż-żmien ta’ preparazzjoni nsejħulu l-Avvent. Nistgħu nippreparaw lilna nfusna billi nsiru aktar ħbieb ma’ Alla li jimlielna qalbna bit-tama, bl-imħabba, bil-ferħ u bil-paċi biex inkunu nistgħu naqsmuhom ma’ xulxin.


Talba

Għażiż Alla, nirringrazzjawk għal dan iż-żmien fis-sena li fih tfakkarna biex nippreparaw lilna nfusna u qalbna għalik. Filwaqt li nirrispettaw lil xulxin nitolbuk biex tgħinna naqsmu mal-oħrajn it-tama, l-imħabba, il-ferħ u l-paċi li tagħtina int.

Niżżel dan il-pjan bħala PDF

Rispett Lejn it-Tfal tad-Dinja Kollha u Lejn iż-Żmien tat-Tfulija.pdf