Weekly Assembly

It-Tielet Ġimgħa

9 - 13 Novembru 2020

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jixtieq l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista' tibda l-assembly bir-radd tas-salib: "Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen"


Introduzzjoni

Din il-ġimgħa ser niċċelebraw il-festa ta’ San Martin ta’ Tours. Ejjew naraw dan il-video clip qasir dwar ħajtu.

San Martin ta’ Tours

The Life of Saint Martin of Tours in 60 seconds - with LEGO!

Għażel wieħed mit-tnejn.

Staqsi lit-tfal biex jieqfu għal ftit sekondi jaħsbu kif jistgħu jsiru aktar bħal dan il-qaddis.

Ħsieb Riflessiv

San Martin qasam il-mantell tiegħu biex jgħin lil dak il-fqir għaliex ried jurih li kien jirrispettah. Libsu mhux biss bid-drapp iżda ukoll bir-rispett. Kemm hi ħaġa sabiħa li niksu lil xulxin bl-imħabba, bil-ħniena, bi kliem ġentili u bir-rispett.


Talba

Missierna li inti fis-smewwiet, nitolbuk tieħu ħsiebna. Nitolbuk tgħinna nlibbsu lilna nfusna u lil xulxin b’ħafna mħabba u rispett.

Niżżel dan il-pjan bħala PDF

Introduzzjoni għat-Tema tar-Rispett.pdf