Weekly Assembly

It-Tieni Term - Is- Seba' Ġimgħa

15 - 21 Frar 2021

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista' tibda l-assembly bir-radd tas-salib: "Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen."


Introduzzjoni

L-Erbgħa tal-Irmied huwa l-bidu tar-Randan, żmien li fih nippreparaw għall-Għid. Illum niftakru li kulħadd huwa ndaqs. Ejja nkantaw flimkien:

Helping Song - CoComelon Nursery Rhymes & Kids Songs

Ħsieb Riflessiv

Kantajna li irridu ngħinu lil xulxin. Kulħadd indaqs u irridu ngħinu lil kulħadd. Qalbna tajba ma’ kulħadd.


Talba

Għażiż Ġesu’, għinna nirrispettaw lill-oħrajn u niftakru li kulħadd indaqs. Ammen

Niżżel dan il-pjan bħala PDF