Weekly Assembly

It-Tieni Term - It-Tieni Ġimgħa

11 - 17 Jannar 2021

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista' tibda l-assembly bir-radd tas-salib: "Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen."


Introduzzjoni

Fis-16 ta’ Jannar niċċelebraw il-Jum Internazzjonali għal-Libertà Reliġjuża. Madwarna, insibu nies li għandhom reliġjonijiet differenti. Eżempju l-Insara jmorru l-Knisja, il-Musulmani jmorru l-Moskea u l-Hindus imorru fit-Tempju. F’dan il-vidjow ser naraw ħamest itfal li għandhom ħames reliġjonijiet differenti - Insara, Lhud, Musulmani, Ħindu u Buddisti. Ser narawhom waqt li jieklu l- kolazzjon, jilbsu u jmorru fil-postijiet fejn jitolbu skont ir-reliġjon tagħhom.

5 kids, 5 religions

Staqsi lit-tfal biex jieqfu għal ftit sekondi biex jaħsbu dwar dak li raw.

Ħsieb Riflessiv

Kulħadd għandu d-dritt li jagħżel u jipprattika r-reliġjon tiegħu. Qatt m’għandna niġġudikaw, nidħku, nittrattaw ħażin u/jew inweġġgħu lil dawk li jipprattikaw reliġjon differenti minn tagħna. Għandna dejjem nirrispettaw lil kulħadd għax kulħadd liberu li jkellem lil Alla bil-mod tiegħu.


Talba

Għażiż Alla, nirringrazzjawk talli tħobbna u talli tkun magħna. Għinna nirrispettaw ir-reliġjon u t-twemmin ta’ xulxin. Nitolbuk taħfrilna jekk kien hemm xi drabi li warrabna jew ittrattajna ħażin lil xi ħadd għax kien jidher differenti minna jew għaliex jipprattika reliġjon differenti minn dik li nipprattikaw aħna. Għin lil dawk kollha li jweġġgħu minħabba r-reliġjon tagħhom. Ammen.

Niżżel dan il-pjan bħala PDF