Weekly Assembly

It-Tieni Term - Il-Ħdax il-Ġimgħa

15 - 21 Marzu 2021

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista' tibda l-assembly bir-radd tas-salib: "Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen."


Introduzzjoni

Din il-ġimgħa kellna/għandna vaganza. Fiha ftakrna/niftakru f’San Ġużepp li huwa l-Qaddis Protettur tal-Knisja Universali, bħal foster father ta’ kulħadd.

Daddy Is His Name O / Father’s Day Song for Kids/ The Kiboomers

Ħsieb Riflessiv

San Ġużepp ħa ħsieb lil Ġesù, għallmu, ipproteġġih u ħaseb biex ikollu dak li kellu bżonn. Jekk aħna nitolbuh, San Ġużepp lest li jieħu ħsieb tagħna wkoll.


Talba

Għażiż San Ġużepp, nitolbuk tipproteġi lilna, l-familji u l-iskola tagħna. Ipprovdilna dak kollu li għandna bżonn. Għallimna nuru rispett lejn dawk li jieħdu ħsiebna. Ammen.

Niżżel dan il-pjan bħala PDF