Weekly Assembly

It-Tieni Term - L-Ewwel Ġimgħa

4 - 8 Jannar 2021

Merħba

Il-kap, l-assistenti kapijiet jew l-edukatur li qed imexxi l-assembly jindirizza lill-istudenti b’mod pożittiv billi jawgura l-għodwa t-tajba lil kulħadd. Tista' tibda l-assembly bir-radd tas-salib: "Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen."


Introduzzjoni

Tfal, kif tafu, ftit tal-ġranet ilu għadna kif sellimna (għedna bye) lis-sena 2020 u sellimna (għedna ħelow) lil din is-sena l-ġdida, l-2021. Iż-żmien jgħaddi u jħallilna ħafna memorji. Kemm tkun ħaġa sabiħa li jkollna memorji sbieħ x’ngħidu lil xulxin meta din is-sena li għadna kif bdejna tasal biex tispiċċa wkoll! Din id-diska li ser nisimgħu issa se turina modi ta’ kif nistgħu nagħmlu memorji speċjali flimkien matul din is-sena li għadna kif bdejna.

Respect

Ħsieb Riflessiv

Jista’ jkollna memorji sbieħ flimkien matul is sena 2021 biss jekk aħna nħobbu u nirrispettaw lil xulxin bla ma nagħmlu ebda differenzi bejnietna. Uħud minna, għaliex twieldu hawn Malta, in-nazzjonalità tagħhom hija Maltija. Oħrajn, għaliex twieldu l-Italja, in-nazzjonalità tagħhom hija Taljana (semmi eżempji ta’ nazzjonalitajiet li huma preżenti fl-iskola tiegħek),

Matul din il-ġimgħa għamilna l-festa tat-3 slaten li kienu ġejjin min-nazzjonalitajiet differenti u li damu ħafna jivvjaġġaw sa ma waslu għand Marija u Ġużeppi biex jaraw lil Ġesù. Marija u Ġużeppi laqgħuhom u bħalhom aħna għandna nilqgħu u nittrattaw lin-nies ta’ kull nazzjonalità b’rispett. Min-naħa l-oħra, bħal dawn is-salten, aħna rridu wkoll nirrispettaw lil dawk li jilqgħuna fid-dar jew fil-pajjiż tagħhom.


Talba

O Alla nirringrazzjawk għal dawn ir-rigali li tajtna; grazzi ta’ ġurnata ġdida u sena ġdida li qatt ma għexna waħda bħalha qabel. Nitolbuk tgħinna niftħu qalbna għal xulxin u niftakru li aħna familja waħda kbira. Għinna sabiex f’dak kollu li ngħidu, naħsbu u nagħmlu fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, nuru rispett lejn il-popli ta’ kull nazzjon. Ammen

Niżżel dan il-pjan bħala PDF

Rispett Lejn Kull Nazzjon.pdf