Attività all-Avvent

Niċċelebraw bis-Sens: Importanti li nkunu ppreperati

Għan: Nippreparaw rwieħna għat-twelid ta’ Ġesù waqt l-Avvent.

X’ser nitgħallmu (W.A.L.T.):

Għat-tfal:

  • Ser nagħmlu lista ta’ affarijiet li għadna bżonn biex norganiżżaw surprise birthday party.

  • Ser naraw kif dawn l-affarijiet ifakkruna biex nippreparaw lilna nfusna għal birthday party ieħor.

  • Insiru nafu xi tfisser il-kelma Avvent.

  • Ser niddiskutu għalfejn l-Avvent huwa importanti wkoll waqt din il-pandemija.

Għall-edukaturi/direttur spiritwali:

  • Nagħmlu lista tal-affarijiet li huma meħtieġa biex niċċelebraw festin - birthday party.

  • Nirrelataw l-affarijiet materjali li semmejna fil-lista ma’ ħtiġijiet oħra spiritwali.

  • Definizzjoni tal-kelma Avvent.

  • Nirrikonuxxu l-importanza li ngħixu dan iż-żmien tal-Avvent anke b’mod partikolri waqt din il-pandemija.

Ħin: 30 min

Ir-Riżorsi:

  • ppt għal din l-attività.

  • https://www.youtube.com/watch?v=7y_sElib8YA - Whirl Kids Celebrate Advent video clip

  • Il-possibiltà ta’ Girlanda tal-Avvent

  • Il-possibiltà ta’ white board size ta A4 li t-tfal jużaw waqt lezzjonijiet oħra jew biċċa karta minn drawing jew sketch book li jkollhom fil-klassi għal-lezzjonijiet tal-arti.

Introduzzjoni - 5 min

Wara li jilqa’ lit-tfal li ser ikunu qed jipparteċipaw f’din l-attività, id-direttur spiritwali jara li kulħadd sab postu, iħalli ftit minuti fis-skiet biex kulħadd ikun jista’ jinġabar u jara li għandu l-attenzjoni tat-tfal.

Id-direttur spiritwali jitlob lit-tfal jimmaġinaw li xi ħadd speċjali fl-iskola ser jagħlaq żmienu. Jistaqsihom biex jagħtuh ideat ta’ kif jista’ jagħmel din il-ġurnata iktar speċjali għal din l-persuna. Wara diskussjoni żgħira jaqblu li jkun sabiħ jekk jorganizzaw festin (mat-tfal il-kelma birthday party tinftiehem iktar).

Pass 1 - 5 min

Tistieden lil kull student/a biex jaħseb f’dak li jaħseb li hemm bżonn biex nippreparaw għal din il-festa. L-ideat li jiġu f’moħħu/ha jiktibhom jew ipenġihom fuq l-A4 whiteboard jew fuq il-karta tal-isketch book. Wara li kulħadd jikteb jew ipenġi dawn l-affarijiet l-istudenti jaqsmu ma’ xulxin il-ħsibijiet tagħhom billi juri dak li kitbu jew penġew lil sħabhom.

Il-lista għandha tinkludi (Din il-lista għandha tibqa’ fuq il-board):

  • Post mżejjen għall-okkażżjonijiet

  • Ikel u kejk bix-xemgħat

  • Inviti

  • Mużika

  • Rigal


Pass 2 - 5 min

Huwa jkompli billi jieqaf għal ftit sekondi daqslikieku qed jiftakar f’xi ħaġa importanti biex iqanqlilhom kurżità u jgħidilhom li ftakar li xi ħbieb tiegħu wkoll qed jippreparaw biex jiċċelelbraw il-birthday ta’ xi ħadd. Ikompli billi jistieden lill-istudenti biex jiltaqgħu ma’ dawn il-ħbieb tiegħu u flimkien miegħu jaraw kif sejrin fil-preparamenti tagħhom.

Whirl Kids Celebrate Advent

Pass 3 - 10 min


Il-ħsieb li jrid jiżvolġi wara l-video:


  • Ta’ min hu l-birthday li qegħdin jippreparaw għalih?

Il-birthday ta’ Ġesù.


  • X’isejħulu dan iż-żmien ta’ preparazzjoni?

L-Avvent.


  • Kif sejrin fil-preparamenti tagħhom?

Ħażin u jridu jerġgħu jibdew mill-ġdid.


  • X’ġara?

Bil-ġenn u l-għaġla ħarbtu kollox. Is-siġra tal-Milied li nkisret, kienu ser iqabbdu kullimkien biex jixegħlu x-xemgħat kollha f’daqqa, spiċċaw b’uġiegħ ta’ żaqq għaliex kielu ċ-ċikkulata tal-kalendarju f’daqqa u ma tawx ċans lilhom infushom biex jieħdu gost ikantaw flimkien, tilfu l-pjaċir li jippreparaw flimkien għal din l-okkażżjoni speċjali.


  • Kif għexu dan iż-żmien tal-Avvent?

Bla sens għaliex tilfu t-tama, ma tawx ċans lilhom nfushom biex jaħsbu kif ser jħobbu lill-oħrajn, bil-ġenn u b’ħafna l-hassle għax riedu kollox issa tilfu l-ferħ u l-entużjażmu li Ġesù daqt ser jitwieled f’qalbhom waqt li mhux qed iħossu l-paċi li tibda tinħass matul dan iż-żmien.


  • Qatt ħassejt dan iż-żmien fejn tkun qed tipprepara bħala ħin moħli u boring anke għaliex tiddejjaq tistenna?

Spazju għall-esperjenzi u l-ħsibijiet tagħhom......


  • Min jiftakar kif spiċċa l-vidjo?

Bil-mistoqsija: Issa x’ser nagħmlu sal-Milied?


Pass 4 - 10 min


Din l-istess mistoqsija hija għalina: X’ser nagħmlu sal-Milied? Waqt li jinġabru xi risposti, issir referenza għal-lista f’pass numru 1. Sa ma jasal il-Milied ser nippreparaw:


  • Post imżejjen għall-okkażżjonijiet:

Il-post huwa l-qalb tagħna mżejna bl-affarijiet tajba li nagħmlu bħal meta nħobbu lil xulxin, meta nferħu lill-oħrajn, meta nagħmlu kuraġġ lil xulxin u nġibu l-paċi kull fejn inkunu b’mod speċjali waqt dan iż-żmien tal-Covid-19.


  • Ikel u kejk bix-xemgħat:

It-talb huwa l-ikel tagħna u permezz tal- girlanda tal-Avvent inkunu nistgħu nixegħlu x-xemgħat.


  • Inviti:

Aħna ser nistiedu lill-oħrajn biex jiċċelebraw magħna billi nfakkru lil kulħadd li l-Milied mhux dwar ir-rigali u l-ikliet imma dwar it-twelid ta’ Ġesù f’qalbna.


  • Mużika:

Nieħdu gost inkantaw u nisimgħu l-mużika ta’ żmien l-Avvent u wara, ta’ żmien il-Milied.


  • Rigal:

Lilna nfusna, l-affarijiet tajbin li nagħmlu bħal meta nuru rispett lejn kull bniedem u lejn kull ħlejqa oħra u l-ħbiberija tagħna ma’ Ġesù ser ikunu r-rigali tagħna.


Konklużjoni - 5 min

Bħala konklużjoni ta’ din l-attività ser isir ftit ħin fit-talb. L-istudenti ser jiġu ggwidati biex jitolbu/jitkellmu ma’ Alla u jistaqsuh biex jgħinhom jgħixu u jiċċelebraw l-Avvent bis-sens. Il-girlanda tal-Avvent tista’ titpoġġa f’post ċentrali u fin-nofs tagħha titqiegħed maxtura vojta biex tgħin lit-tfal jirrelataw kollox mal-ħsieb li jippreparaw qalbhom biex fiha jitwieled Ġesù. Dan il-link jista’ jintuża bħala mużika fl-isfond waqt dan il-ħin ta’ talb.

Peace of God Children's Melodies: Piano Music, Meditation Music, Worship Music, Prayer Music

Advent Activity 2020 -2021 MT Early Years.pptx

Niżżel il-pjan bħala PDF

Celebrate in Style - Malti- Early Years.pdf